2022 - BKVC Win Xmas Tournament
Birkirkara rebħu l-ewwel edizzjoni tat-turnew tal-Milied organizzat minn Paola Volleyball Club. Dan it-turnew intlagħab bejn it-18 u d-19 ta’ Diċembru fil-Padiljun tal-Isport f’Kordin.
It-timijiet ta’ Paola, Birkirkara u Mġarr ħadu sehem f’dan it-turnew. Fl-ewwel logħba, Birkirkara lagħbu kontra Mġarr fejn il-Karkariżi ħarġu rebbieħa 3-0.
Fit-tieni logħba, Birkirkara kellhom konfront iebes kontra Paola. Birkirkara, li jilagħbu fis-Superleague, għelbu lil Paola, li jilagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, 3-2. Fl-aħħar logħba tat-turnew, Paola rebħu kontra Mġarr f’logħba kumbattuta, 3-1.
Fi tmiem it-turnew, l-uffiċjali u l-plejers ta’ Birkirkara ġew ppreżentati bit-trofew mill-President ta’ Paola Volleyball Club, Dr Kenneth Vella, fil-preżenza tal-uffiċjali tal-klabb, Claire Falzon u Alexia Brincau. L-unur tal-aħjar plejer tat-turnew rebħitu Atira Jells ta’ Paola.
Birkirkara won the first edition of the Christmas tournament organized by Paola Volleyball Club. This tournament was played between 18 and 19 December at the Sports Pavilion in Kordin.
The teams of Paola, Birkirkara and Mġarr took part in this tournament. In the first game, Birkirkara played against Mġarr where the Karkarisi came out victorious 3-0.
In the second game, Birkirkara had a tough match against Paola. Birkirkara, who play in the Superleague, beat Paola, who play in the First Division Championship, 3-2. In the last game of the tournament, Paola won against Mġarr in a hard-fought game, 3-1.
At the end of the tournament, the officials and players of Birkirkara were presented with the trophy by the President of Paola Volleyball Club, Dr. Kenneth Vella, in the presence of the club's officials, Claire Falzon and Alexia Brincau. The honor of the best player of the tournament was won by Atira Jells from Paola.
Posted in Announcements on Dec 21, 2022